L-ewwel każ tal-Ispettur Montalbano, issa bil-Malti!
Il-ġisem
nofsu mneżża’ tal-Inġinier Luparello, politiku prominenti fil-belt ta’ Vigàta,
jinstab fil-karozza tiegħu f’medda art żdingata magħrufa bħala la
mànnara,
il-Mandra — fl-antik mergħa għall-mogħoż, illum bejta tad-drogi u l-prostituti.
Kollox jindika li Luparello miet mewta naturali waqt attivitajiet sesswali ma’
persuna mhux magħrufa.
Iżda lill-Ispettur Montalbano ħadd ma jbellagħlu r-ross
bil-labra. Xi ħaġa mhix tikkonvinċih f’din l-affari, u — jgħidu x’jgħidu
l-Kummissarju, il-Maġistrat u saħansitra l-Isqof — mhux lest jagħlaq il-każ
qabel ma jsib il-verità. B’paċenzja u astuzja jidħol jgħaffeġ f’mandra ta’ dmija,
qerq, korruzzjoni organizzata u logħob tal-poter, fl-isfond maġiku tal-pajsaġġ u
l-karattru Sqalli.
Mill-pinna
inġenjuża ta’ Andrea Camilleri, Il-forma
tal-ilma huwa
l-ewwel rumanz fis-serje polizjeska ta’ Salvo Montalbano, Spettur tal-Pulizija
f’Vigàta, belt żgħira fi Sqallija li, għalkemm ma ssibha fl-ebda mappa, taf tkun
reali iżjed mill-ħajja nnifisha. Għax daqskemm hu rumanz fittizju, dan hu wkoll
ir-rakkont ta’ Sqallija u ta’ kif jgħixu u jmutu niesha.
It-traduzzjoni għall-Malti ġiet iffinanzjata mill-Fond tal-Ktieb tal-Kunsill
Nazzjonali tal-Ktieb 2020.
Questo libro è stato pubblicato grazie a un contributo offerto dal Ministero degli Affari Esteri e della Cooperazione Internazionale italiano. / Dan
il-ktieb ġie ppubblikat b’kontribut finanzjarju tal-Ministeru għall-Affarijiet
Barranin u għall-Koperazzjoni Internazzjonali Taljan.
|